Tuesday, September 18, 2007

Il-kummerċ ta' l-annimali - speċjalment f'pajjiżna.



Non-Maltese readers of this humble blog will forgive me for expressing myself in my Maltese language, but I feel I simply MUST use my mother-language in a blog which 'belongs' to a Maltese citizen as well as a blog which centres around the experiences of animal awareness IN MALTA and GOZO. So, please do forgive me.


Illejla, nixtieq naqsam miegħek, għażiż ħabib tiegħi li qed taqra din il-kitba, ftit ħsibijiet - u se nkun qasir biex ma ndejjaqx nies - dwar il-kummerċ ta' l-annimali, speċjalment f'pajjiżna.

Sejjaħli li trid, għid li jien ESTREMIST - forsi minnu li jien hekk! - imma f'ġieħ dawk kollha li huma fil-bżonn, wieħed hekk irid ikun. F'Malta, sa' fejn naf jien, m'hawn l-ebda awtorita' li tieħu fil-kunsiderazzjoni tagħha l-mod kif ċerti annimali jaslu Malta minn barra. Mhux hekk biss, imma qas hemm awtorita' li tindaħal fuq xi prezzijiet jintalbu għal dawn l-annimali; u l-anqas hemm awtorita' li tindaħal dwar il-MOD kif dawn l-annimali jkunu STORJATI - ħa nuża din il-kelma - sakemm jiġu biex jinbiegħu.

Ha nibda fuq it-traġitti. Jiġifieri, il-vjaġġ - ġeneralment bil-baħar - għal Malta. U diġa' qedin ninjuraw il-vjaġġi fuq l-art sakemm dawn il-povri annimali jkunu waslu fil-port, għat-triq tagħhom lejn Malta!!! It-traġitt fuq il-baħar huwa wieħed ta' sagrifiċċju kbir għall-annimal. Il-Bambin biss jaf, per eżempju, l-għasafar kemm ikunu magħfusin flimkien, iffullati f'gaġeġ żgħar, sakemm jaslu Malta! Nafu wkoll il-mod krudil kif għasafar kbar ikunu poġġuti ġo kaxex ta' l-injam mid-destinazzjoni tagħhom sakemm jaslu fil-ħanut fejn se jkunu esposti għall-bejgħ. Il-pappagall, per eżempju, jinfetħulu ġwenħajħ u jintrass, pappagall ma' ieħor, fil-kaxxa. Alla biss jaf kemm imutu annimali bħal dawn, f'dawn il-vjaġġi, sakemm jaslu fid-destinazzjoni. U mhux ta' b'xejn li l-prezz tal-ħajjin, jitla' m'għola s-smewwiet!

Xi ngħidu ghall-kummerċ ta' annimali hekk imsejħa eżotiċi. Dawn l-aħħar snin, saret moda li fid-dar ikollna 'għamara ħajja, għamara li tiċċaqlaq u li tieħu n-nifs'! Jiġifieri, dawk li huma għonja w ma jafux kif jaqbdu jonfqu flushom fuq id-dar, jaraw kif jagħmlu w jixtru dawn l-annimali eżotiċi biex jimlew id-dar bihom. Naraw kull tip ta' sriep, kull tip ta' għasfur, klieb ta' kull għamla w daqs, eċċ.... Saħansitra jkollna bżonn ta' annimali oħra biex nagħtuhom bħala ikel lill-pets eżotiċi tagħna. Mela, jekk għandna serp id-dar, ħa jkollna bżonn ..... ġrieden żgħar ħajjin, mhux hekk? U nieħdu gost, nagħmluha ta' missirijiet 'macho' quddiem uliedna, ġeneralment subien, inħarsu lejhom u nidhku!

Infakkrekx fil-ktieb ELEPHANT MAN li wara kien sar film kolossali?!

Mhux hekk biss: imma saħansitra niftaħru li għandna dan jew dak it-tip ta' kelp, u nuruħ fl-istudjo tat-tv, fuq il-Malti. U nifirħu. U niggustawh. U nimitawħ! Mela, mhux hekk!

Ftit, imma, nirrejaliżżaw li aħna bħala bnedmint m'għandna l-ebda dritt li nżommu dawn l-annimali 'l-bogħod mill-klima u mill-abitat naturali tagħhom.

B'liema dritt għandu l-bniedem jistagħna minn fuq povru annimal?

B'liema dritt għandu l-bniedem igawdi w jiddeverti minn fuq it-tbatija ta' annimal?

Punt ieħor huwa dwar kif dawn l-annimali jintrefgħu u jkunu storjati fil-ħwienet. Hawn xi ħadd li għandu kuxjenza li jinkwieta w jistaqsi kif il-ħwienet iżommu lil dawn l-annimali?
  • Jekk dawn l-annimali jitpoġġewx fix-xemx Maltija għa siegħat sħaħ mingħajr ilma?
  • Jekk dawn l-annimali jkollhomx ikel u xorb biżżejjed, kif ukoll - importanti din! - spazju biżżejjed huma w jistennew id-destin tagħhom fil-ħwienet, u dan speċjalment fil-jiem ta' għeluq tal-hanut, fi tmiem il-ġimgħa, jew fil-festi?
  • Jekk dawn l-annimali jkunux WISQ VIĊIN ta' annimali oħra li ma jinġiebux magħhom? Ngħidu aħna, qattus viċin xi serp?

Għandna din il-kuxjenza? Jew inħallu kollox għaddej mar-riħ? Jew, tagħmlu bħalma nagħmel jien, inħares naħa ohra - ! - għax ma nafx x'naqbad nagħmel!

Se nieqaf hawn għax ktibt iktar milli xtaqt.

Darb'ohra, nixtieq nitkellem dwar għaliex m'għandniex NIXTRU annimali pedigree: opinjoni tiegħi, mhux bilfors taqbel.

Jekk ma taqbilx, ... ikteb.

3 comments:

Anonymous said...

I think you're quite right about this. However, you have to realise that there are many people who, for example, DO own exotic dogs but who go out of their way to help these dogs adjust to the new hot climate that we have, for instance.

Kenneth Cassar said...

The people who own "exotic" dogs and go "out of their way" to help these dogs "adjust to the hot climate" are doing nothing different from someone servicing a car so that it serves them well for a long time.

Cars are property. Dogs are not property. Dogs should not be bought or sold.

Unknown said...

So in other terms you are saying dog pets are not to be kept? I refer to the chuckchi people who were massacred together with their dogs by the soviets. Later these dogs were saved and bred as working dogs better known as Siberian Huskies. Which category would you fall in? The Soviet defender of animals who exterminates the idea of having a dog as a family member/pet? or the Rusiians and Alaskans who have bred these faithful animals as companions and long term friends? Have you actually ever seen a responsable breeder and Husky owner in Malta?? From my own experience maybe not. However it is education that people need not condemning acts. I am actually trying to get more people together to really learn and to avaoid unresponsable breeding of these animals. I would rather be alarmed at the high rate of eye cataracts and Hip Dysplasia still being interbreeded in Malta rather than the weather conditions which are indeed a lesser problem givin the proper care. Sorry my my long post by I am also angered by the upbringing of these dogs but not in the way you are.