Saturday, October 13, 2007

Aħbarijiet minn barra: l-annimali għandhom ħafna x'jgħallmu lill-bniedem ...

... u jekk aħna naħsbu li, għax nimxu fuq żewġ saqajn, niddikjaraw u niġġieldu gwerer u nfottu wieħed lill-ieħor, aħna xi razza superjuri .... allura aqraw din l-istorja:

Il-kelba golden retriever ta' seba' snin li jisimha Honey adottat ferħ ta' qattus li tħalla abbandunat ġo tyre f'post ta' kostruzzjoni.
Jimmy Martin, il-persuna li sab il-qattus, ħadu miegħu d-dar u flimkien ma' martu Kathy prova jisqi lil qattus ftit ħalib permezz ta' flixkun tat-trabi. Madanakollu l-qattus ma riedx jixrob u l-koppja beżgħu li kien ser imut, daqs li kieku tħalla abbandunat.
Kienet hawnhekk li daħlet il-kelba tal-koppja Honey, li minnufih ħadet grazzja maċ-ċkejken qattus u bdiet tħobbu kif taf hi. Wara biss jumejn, il-kelba bdiet tipproduċi l-ħalib, allavolja kien ilha madwar sena u nofs ma twelled. Il-qattus imsemmi Precious ma rrifjutax din id-darba u t-tnejn ħadu grazzja ma xulxin. Honey titratta' lil Precious daqs li kieku kien ferħ minn tagħha u 'llum il-ġurnata l-qattus tgħallem igerrem fuq l-għadam kif jagħmlu l-klieb.

No comments: