Tuesday, June 24, 2008

Is-shana bdiet sew!

Is-shana bdiet sew! Tista' thoss ix-xemx tahraq fuq il-qurriegha ta' rasek, tixwik wara ftit sekondi. Zgur li hadd ma jkun irid joqghod barra fuq it-tarmak jahraq nar, taht xi karozza,f'xis-saghtejn ta' wara nofsinhar.

Lanqas l-annimali. Il-klieb u l-qtates li m'huma ta' hadd, isibuha tassew difficli biex jghixu taht ix-xemx li kull ma jmur dejjem iktar qedha zzid fil-qawwa taghha.

Importanti, ghalhekk, li almenu noffru lil dawn l-imsejkna mezz kif ikunu jistghu jixorbu ilma frisk li jghinhom biex iberrdu lilhom infushom.

Kienet drawwa li mal-bieb ta' l-ghassa tal-pulizija tar-rahal, ikun hemm mejjilla tal-konkos jew tal-gebel mimlija bl-ilma, biex il-klieb ikunu jistghu jixorbu minna.

Tajjeb li forsi nistghu inhallu xi kontenitur barra, anke tal-plastik, mimli bl-ilma frisk kuljum. ... inkunu qedin nghinu hafna hafna lil dawn l-annimali li m'ghandhom l-ebda wens.

Nispicca billi nfakkar li mhux bizzejjed li jkollna annimal id-dar u niehdu hsiebu biex nuru li nhobbu lill-annimali ... l-imhabba taghna trid tmur lil hinn mill-erba' hitan ta' darna u nghinu lil dawk l-imsejkna li bla ma hu tort taghhom, qedin f'sitwazzjoni li jiggerew barra ghax m'ghandhomx familja li jghidu li hi taghhom.

Grazzi mill-qalb.

PS Niskuza ruhi ma' dawk li jhobbu l-Malti: ma kellix cans indur dan it-test u nirranga l-Malti sew. FF

1 comment:

Icedfire said...

Tassew Sir!Izda hawn hafna min jiehu hsieb l-annimali ukoll,il-harsien ambjentali ta' pajjizna qieghed jizdied iktar ma nimxu il-quddiem.